MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 60k
17.7.2015
PE565.738v01-00
 
B8-0780/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għat-tiġdid tal-eżenzjoni rigward ir-restrizzjoni tal-użu taċ-ċomb għall-produzzjoni tal-kristall


Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għat-tiġdid tal-eżenzjoni rigward ir-restrizzjoni tal-użu taċ-ċomb għall-produzzjoni tal-kristall  
B8-0780/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/65/KE tat-8 ta' Ġunju 2011 rigward ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi d-Direttiva tal-2011 għandha l-għan li tillimita l-użu ta' ċerti sustanzi meqjusa bħala perikolużi, fosthom iċ-ċomb, fil-produzzjoni ta' tagħmir elettriku jew elettroniku;

B.     billi l-kristall huwa s-suġġett ta' eżenzjoni ta' restrizzjoni sal-2016 abbażi tad-Direttiva 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-ħġieġ tal-kristall;

C.     billi l-fjorellini Franċiżi li jagħmlu l-kristall jinsabu konsegwentement mhedda; peress li dan is-settur jirrappreżenta 7 000 impjieg dirett u indirett fi Franza, li jinqerdu fil-każ li ma tiġġeddidx l-eżenzjoni;

D.     billi għall-produzzjoni tal-kristall ma jeżisti l-ebda sostitut għaċ-ċomb;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni biex iġġedded l-eżenzjoni rigward ir-restrizzjoni tal-użu taċ-ċomb għall-produzzjoni tal-kristall.

 

Avviż legali