MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 131kWORD 60k
17.7.2015
PE565.740v01-00
 
B8-0782/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni bankarja


Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni bankarja  
B8-0782/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi waħda mill-uniċi soluzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet biex titrażżan il-kriżi finanzjarja kienet politika monetarja akkomodanti bl-għan li jitnaqqsu r-rati tal-imgħax għal livelli qrib iż-0;

B.     billi żieda żgħira ta' dawn ir-rati tkun biżżejjed biex il-portafolli bankarji jġarrbu telf sostanzjali minħabba l-livell għoli ta' dejn privat u pubbliku;

C.     billi l-mudell bankarju Franċiż mhuwiex vantaġġuż minħabba li l-kost ta' akkwist ta' fondi proprji (10 - 12 %) huwa ogħla minn dak tar-redditu tal-kapital proprju (6 %);

D.     billi l-internazzjonalizzazzjoni taż-żamma tad-dejn pubbliku toħloq problema ta' vulnerabbiltà;

E.     billi il-ponderazzjoni għar-riskji meta jiġi kkalkulat il-proporzjon TLAC ("Total Loss Absorbing Capacity") hija purament kożmetika peress li l-mudelli ta' ponderazzjoni huma mfassla mill-banek stess;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tvara proċess ta' rinazzjonalizzazzjoni tad-dejn pubbliku u żżid il-proporzjon ta' ingranaġġ abbażi tal-kunċett ta' assi totali u mhux ponderati għar-riskji.

Avviż legali