MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 139kWORD 60k
28.7.2015
PE565.744v01-00
 
B8-0786/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-impjiegi bħala prijorità ewlenija


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-impjiegi bħala prijorità ewlenija  
B8-0786/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-aħħar rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar iż-żona tal-euro jenfasizza li jekk ma jkunx hemm aċċelerazzjoni sinifikattiva ta' tkabbir se jkunu meħtieġa kważi għoxrin sena biex l-Italja tikseb il-livell tal-impjiegi ta' qabel il-kriżi;

B.     billi jirriżulta li l-prospetti mhumiex aħjar għal Stati Membri oħra b’mod li r-rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ tista’ tagħmel ħsara l-potenzjal tal-kapital uman u tagħti lok għal ġenerazzjoni mitlufa; barra minn hekk, ir-rata tal-qgħad qed tkompli tiżdied, u dan iżid ir-riskju li l-kapaċità tkompli titnaqqar;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħha fil-qasam tal-politika soċjali u l-impjiegi, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, sabiex tagħti l-ogħla prijorità fl-azzjoni tagħha lill-ġlieda biex jiżdiedu l-impjieg.

Avviż legali