MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 140kWORD 60k
27.7.2015
PE565.750v01-00
 
B8-0792/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar mard rari


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mard rari  
B8-0792/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Ħamis, 23 ta' Lulju, ġie ppreżentat lill-Kamra tad-Deputati "l-Ewwel Rapport dwar il-kundizzjoni ta' persuni b'mard rari fl-Italja" ("Primo Rapporto sulla condizione delle persone con malattia rara in Italia"), maħruġ minn UNIAMO, li fih jirriżulta li n-numru ta' Taljani li jintlaqtu minn tali patoloġija jinsab bejn 450 000 u 670 000;

B.     billi mir-Rapport joħroġ sfortunatament kif il-parti l-kbira tal-ispejjeż tal-assistenza lil persuna milquta minn marda rari għadha taqa' fil-parti l-kbira fuq il-familji;

C.     billi, minkejja l-isforzi li saru fl-aħħar snin kemm mill-Istati Uniti kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, għad hemm ħafna xi jsir biex il-piż li jaqa' fuq il-persuni morda u l-għeżież tagħhom jittaffa;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, meta jitqiesu l-kompetenzi fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-mediċini u l-politika soċjali, tintroduċi l-miżuri meħtieġa u urgenti ta' appoġġ ekonomiku għall-persuni milquta minn marda rari u għall-familji tagħhom;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni Ewropea.

 

Avviż legali