MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 141kWORD 59k
6.7.2015
PE565.752v01-00
 
B8-0794/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-solleċitazzjoni online ta' minuri għal skopijiet sesswali


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-solleċitazzjoni online ta' minuri għal skopijiet sesswali  
B8-0794/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-abbuż sesswali l-abbuż sesswali tat-tfal online,

–       wara li kkunsidra r-Rapport Ewropew "EU Kids Online" tal-2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi kważi t-tfal kollha għandhom aċċess faċli għal tagħmir teknoloġiku u għaldaqstant aċċess għall-internet u l-midja soċjali;

B.     billi f'ħafna pajjiżi l-età meħtieġa biex jinfetaħ kont fuq netwerk soċjali hija ta' tlettax-il sena, iżda huwa tassew faċli li wieħed jiffalsifika d-data tat-twelid peress li ma jintalbux dokumenti waqt ir-reġistrazzjoni;

C.     billi fl-Italja, f'sentejn ittriplaw il-każijiet ta' solleċitazzjoni online, minn 4.4 % fl-2012 għal 14.2 % fl-2014;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi studju sabiex tiġi valutata l-possibbiltà li tiżdied l-età meħtieġa għal aċċess għal siti potenzjalment perikolużi għat-tfal fuq l-internet u tistieden lill-operaturi biex jieħdu miżuri effikaċi għal skopijiet ta' veraċità tal-kredenzjali tal-utenti tagħhom.

 

Avviż legali