MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 129kWORD 60k
15.7.2015
PE565.754v01-00
 
B8-0796/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġestjoni u s-self ta' xogħlijiet tal-arti mill-imħażen tal-mużewijiet


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġestjoni u s-self ta' xogħlijiet tal-arti mill-imħażen tal-mużewijiet  
B8-0796

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009, tat-18 ta' Diċembru 2008, dwar l-esportazzjoni tal-oġġetti kulturali,

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1081/2012 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw it-tfassil, il-ħruġ u l-użu tal-liċenzji ta' esportazzjoni li fir-Regolament (KE) Nru 116/2009,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi ta' spiss l-opri tal-arti jirriżultaw li huma tassew riżorsa kulturali, ekonomika, u artistika għall-Istati u li l-għarfien dwarhom jista' jkun rilevanti;

B.     billi ta' spiss, il-mużewijiet Ewropej ikollhom fid-depożiti rispettivi tagħhom ħafna xogħlijiet tal-arti li qatt ma ġew esposti għat-tgawdija tal-pubbliku minħabba nuqqas ta' spazju fejn jiġu eżebiti jew problemi simili;

C.     billi s-self bi ħlas ta' xogħlijiet tal-arti bejn mużewijiet internazzjonali mill-imħażen tagħhom jista' jkun sors tajjeb ta' dħul li jtaffi fi żmien ta' kriżi biex jiġi ffinanzjat aktar xogħol ta' restawr u biex jiġu ppubbliċizzati l-mużewijiet rispettivi li jwassal għat-titjib tagħhom billi jiġi nkoraġġut it-turiżmu fil-mużewijiet;

1.      jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota ta' dak li ssemma bil-għan li tissaħħaħ u tittejjeb il-ġestjoni ta' self mill-mużewijiet, speċjalment għal xogħlijiet tal-arti li ma jkunux esposti ta' kuljum għat-tgawdija tal-pubblika.

Avviż legali