MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 140kWORD 60k
8.7.2015
PE565.760v01-00
 
B8-0802/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar iż-żieda fil-kontrolli rigward il-kumpaniji appaltaturi fil-pajjiżi tal-UE


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-żieda fil-kontrolli rigward il-kumpaniji appaltaturi fil-pajjiżi tal-UE  
B8-0802/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013,

–       wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni dwar r-regoli rigward l-akkwisti pubbliċi ta' xogħlijiet, fornituri u servizzi, fis-seħħ sal-2016,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-akkwisti pubbliċi jiżvolġu rwol importanti fl-ekonomiji tal-Istati Membri u huwa stmat, fil-fatt, li jirrappreżentaw aktar minn 16 % tal-PDG tal-Unjoni;

B.     billi s-swieq tal-akkwisti miftuħin u regolamentati sew jikkontribwixxu, fil-fatt, għal użu aħjar ta' tali riżorsi u jirrappreżentaw stimolu għat-tkabbir u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika, permezz ta' entitajiet adatti ta' sorveljanza u ta' kontroll, il-proċeduri ta' kontroll fuq il-finanzjamenti lill-kumpaniji appaltaturi fil-pajjiżi tal-UE u fuq il-kosti reali tax-xogħlijiet li għandhom jiġu ffinanzjati sabiex jiġu evitati l-frodi u t-telf konsegwenti ta' fondi tal-Unjoni.

Avviż legali