Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0814/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0814/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-adozzjoni tat-tfal

7.7.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dubravka Šuica, Patricija Šulin

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adozzjoni tat-tfal

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fir-rigward tal-adozzjoni tat-tfal ma hemm l-ebda regoli uniformi li jirregolaw l-Istati Membri kollha, li kull wieħed minnhom japplika r-regoli tiegħu stess;

B.     billi sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni, u jiġi stabbilit min għandu d-dritt jadotta l-minuri, huwa neċessarju li wieħed jikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ikkonċernat;

C.     billi l-Istati Membri għandhom għadd ta' prinċipji komuni stabbiliti f'konvenzjonijiet internazzjonali;

D.     billi għandu jiġi żgurat li l-adozzjoni tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta' qorti jew korp amministratitv u tal-kunses tal-ġenituri bijoloġiċi tal-minuri, meta dawn ikunu għadhom ħajjin; u li l-adozzjoni għandha tkun azzjoni meħuda fl-interess tal-minuri;

E.     billi f'ħafna pajjiżi (għalkemm mhux f'kollha) minuri adottat jista' jakkwista l-isem tal-familja, iċ-ċittadinanza u l-istess drittijiet ta' suċċessjoni bħalma għandhom minuri bijoloġiċi;

1.      Iqis li sfortunatament ħafna drabi l-Kummissjoni qiegħda tonqos milli taġixxi malajr biżżejjed sabiex tevita problemi marbuta mal-adozzjoni, bir-riżultat li l-proċess kollu jista', pereżempju, jieħu ħafna żmien mingħajr ma jkun meħtieġ;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida sabiex l-Istati Membri jarmonizzaw il-kwistjonijiet dwar l-adozzjoni abbażi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.