MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 144kWORD 61k
26.6.2015
PE565.773v01-00
 
B8-0815/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar implimentazzjoni aktar effikaċi tal-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ fl-Istati Membri


Dubravka Šuica

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar implimentazzjoni aktar effikaċi tal-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ fl-Istati Membri  
B8-0815/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.       billi skont stimi tal-Bank Dinji, ir-rata tal-migrazzjoni fost iċ-ċittadini b'livell għoli ta' edukazzjoni fil-Kroazja hija ta' 29.4 %, u fl-istess ħin, il-Kroazja għandha nuqqas, li qiegħed dejjem jiżdied, ta' esperti b'livell għoli ta' ħiliet;

B.       billi f'dawn l-aħħar ħames snin madwar 150 000 persuna emigraw mill-Kroazja, u bosta Stati Membri oħra qegħdin jesperjenzaw l-istess problema;

C.       billi xejra sfavorevoli ta' din it-tip twassal għal tixjiħ tal-popolazzjoni sal-punt li tikkostitwixxi daqqa ta' ħarta għall-politiki demografiċi u ekonomiċi;

D.       billi hemm relazzjoni ta' kawża u effett bejn ix-xejriet tal-popolazzjoni u l-ekonomija;

E.        billi l-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ fil-Kroazja, pereżempju it-taħriġ vokazzjonali, ma jipprovdux liż-żgħażagħ b'bażi biżżejjed għall-indipendenza tagħhom, meta wieħed iqis li l-introjtu fix-xahar tagħhom huwa baxx u li wara li l-kuntratt ta' taħriġ ikun skada huma għandhom quddiemhom futur inċert;

F.        billi l-Kummissjoni tippromwovi l-kunċett tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li permezz tagħha l-Istati Membri huma mħeġġa li jiżguraw li, fi żmien erba' xhur, żgħażagħ li jkunu telqu mill-iskola jew huma rreġistrati bħala qiegħda jirċievu offerta ta' impjieg, kontinwazzjoni tal-edukazzjoni, apprendistat, jew taħriġ prattiku għax-xogħol;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tagħti inċentiv aktar b'saħħtu, u biex tissorvelja, l-implimentazzjoni ta' miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ fl-Istati Membri bil-għan li jitnaqqas in-numru ta' żgħażagħ qiegħda.

Avviż legali