MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 144kWORD 60k
1.7.2015
PE565.776v01-00
 
B8-0818/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għeluq tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil


Dominique Bilde, Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għeluq tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil  
B8-0818/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatus tar-refuġjati, imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Ġinevra”,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu l-kompitu li jsaħħaħ il-koperazzjoni prattika fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-asil, u jsostni lill-Istati Membri soġġetti għal pressjoni partikolari fuq is-sistemi tal-asil tagħhom kif ukoll itejjeb l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;

B.     billi l-għadd ta’ dawk li jfittxu l-asil fl-Ewropa fl-2014 kien ta’ 625 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 44 % fuq iċ-ċifra tal-2013;

C.     billi l-baġit ta' dan l-Uffiċċju huwa ta’ EUR 10,5 miljun, kompletament iffinanzjat mill-baġit Ewropew;

1.      Jitlob l-għeluq tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u jitlob biex l-Istati Membri jkollhom il-libertà jiġġestixxu l-politiki tagħhom dwar il-migrazzjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Avviż legali