MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 59k
6.10.2015
PE570.924v01-00
 
B8-1090/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-hekk imsejjaħ suwiċidju assistit


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-hekk imsejjaħ suwiċidju assistit  
B8-1090/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 5 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-preambolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Kalifornja ser isir legali għal pazjenti b'mard terminali li jagħżlu li jagħmlu l-hekk imsejjaħ suwiċidju assistit;

B.  billi f'ħafna pajjiżi Ewropej id-dibattitu dwar l-hekk imsejjaħ suwiċidju assistit hu wieħed imqanqal ħafna u li l-opinjonijiet huma differenti u diverġenti bejniethom;

C.  billi l-libertà personali u individwali tal-għażla hi valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

D.  billi fl-operat tal-UE l-ħarsien taċ-ċittadini li għaddejjin minn tbatija fiżika għandha tkun prijorità;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi stħarriġ aġġornat dwar kif jaħsbuha ċ-ċittadini fuq din il-kwistjoni, li abbażi tiegħu, eventwalment, tiżviluppa linji gwida biex tiġi rrispetta r-rieda tagħhom.

Avviż legali