Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1091/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1091/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-Sirja: lejn koordinament tal-operazzjonijiet Russo-Amerikani u l-ħtieġa li l-UE tagħti sehemha

7.10.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-1091/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Sirja: lejn koordinament tal-operazzjonijiet Russo-Amerikani u l-ħtieġa li l-UE tagħti sehemha

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont id-dikjarazzjonijiet li saru mill-kelliem tal-Ministeru tad-Difiża, Igor Konashenkov, ir-Russja hija lesta taċċetta l-proposta tal-Istati Uniti biex "jikkoordinaw l-azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja"; billi "Moska eżaminat b'mod operattiv il-proposti tal-Istati Uniti dwar il-koordinament tal-azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-grupp terroristiku ISIS fit-territorju tas-Sirja" u "jeħtieġ biss li jintlaħaq qbil dwar xi dettalji tekniċi li se jiġu diskussi fil-livell ta' esperti mir-rappreżentanti tal-Ministeru tad-Difiża tar-Russja u tal-Pentagonu";

B.  billi, minn jum għal jum, is-sitwazzjoni qed tevolvi favur ftehim bejn ir-Russja u l-Istati Uniti għal soluzzjoni għall-kunflitt fis-Sirja;

1.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jipproċedu malajr f'din id-direzzjoni, jekk iridu jkollhom rwol fuq l-iskakkiera internazzjonali u mhux jibqgħu josservaw mingħajr ma jinvolvu ruħhom.