MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 139kWORD 59k
17.11.2015
PE571.061v01-00
 
B8-1237/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-isfidi finanzjarji marbuta mal-lonġevità


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-isfidi finanzjarji marbuta mal-lonġevità  
B8-1237/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont ir-rapport "The Challenge of Longevity: Making Retirement Income Last a Lifetime" li għadu kif ġie ppubblikat mill-attwarji tal-Awstralja, tal-Gran Brittanja u tal-Istati Uniti, hemm bżonn li jibda jiġi eżaminat kif jiddaħħal ir-"riskju" tal-lonġevità fis-sistemi tal-pensjonijiet kemm pubbliċi kif ukoll privati;

B.  billi max-xjuħija jiżdied il-mard li jikkawżaw invalidità u, għaldaqstant, id-dħul jonqos, filwaqt li jkun hemm bżonn aktar riżorsi għall-kura u l-assistenza;

C.  billi, skont il-kalkoli ta' State Street Global Advisors disa' minn kull għaxar persuni jsibu ruħom qed jgħixu ta' pensjonanti mingħajr ir-riżorsi neċessarji;

1.  jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikoli 9, 10, 19, minn 45 sa 48 u minn 145 sa 164 TFUE, tindirizza l-kwistjoni tal-lonġevità mill-perspettiva finanzjarja sabiex tipprovdi lill-pensjonanti Ewropej ir-riżorsi meħtieġa għal ħajja diċenti.

Avviż legali