MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 59k
20.11.2015
PE573.323v01-00
 
B8-1289/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-quantitative easing u l-politiki fiskali espansjonarji


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-quantitative easing u l-politiki fiskali espansjonarji  
B8-1289/2015

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ħafna analisti jqisu li l-quantitative easing huwa falliment kbir, peress li ma nħatfitx l-opportunità mit-tnaqqis tar-rati ta' mgħax fuq il-bonds tal-gvern biex jitnedew politiki fiskali espansjonarji bl-għan li jagħtu spinta lill-ekonomija;

B.  billi, mhux talli ma ntlaħaqx l-objettiv li r-rata ta' inflazzjoni tinġieb għal 2 %, iżda ġara l-kuntrarju, jiġifieri inflazzjoni negattiva (- 0,1 %) li kkonsolidat is-sitwazzjoni ta' deflazzjoni li ilha għaddejja għal dan l-aħħar tliet snin;

1.  Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni biex, abbażi tas-setgħat mogħtija lilha mill-Artikoli 119-144, 219, 282-284 tat-TFUE, mill-Protokolli Nri 4, 12, 13 u 14, kif ukoll mill-Artikoli 110-115 tat-TFUE, tadotta l-politiki rilevanti kollha biex l-ekonomija Ewropea tingħata nifs ġdid.

Avviż legali