MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 136kWORD 60k
23.11.2015
PE573.325v01-00
 
B8-1291/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tnaqqis kwantitattiv: 80% tal-likwidità maħruġa mill-BĊE stazzjonata fi Frankfurt


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Tnaqqis Kwantitattiv 80% tal-likwidità maħruġa mill-BĊE stazzjonata fi Frankfurt  
B8-1291/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont artiklu ppubblikat fl-edizzjoni ta' llum ta' "Il Sole 24 ore", il-falliment tal-operazzjoni "Tnaqqis Kwantitattiv" huwa evidenti għall-aħħar; fil-fatt, skont dan il-kwotidjan ekonomiku rinomat, jirriżulta li "l-likwidità toħroġ mill-bieb u terġa' tidħol mit-tieqa: 80 % tal-flejjes" maħruġa mill-BĊE permezz tat-Tnaqqis Kwantitattiv jinsabu stazzjonati fi Frankfurt;

B.  billi l-artiklu kkonċernat juri kif "il-ħolqien tal-flejjes jiġi interrott meta r-riżervi żejda li jkunu akkumulaw fil-Bank Ċentrali u ma jitnaqqsux permezz ta' żieda fis-self lill-ekonomija. Sa llum, ir-riżervi żejda jammontaw għal EUR 566 biljun, bi spiża ta' aktar minn EUR 1 biljun fis-sena għall-banek privati (minħabba li t-taxxa fuq id-depożiti hija ta' -20 punt bażi)";

C.  fid-dawl tal-fatt li "l-flus għadhom mhux jiġu trażmessi mill-BĊE għal banek u mbagħad għall-familji u l-intrapriżi bħala self;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-BĊE jieħdu l-inizjattiva li jinsistu sabiex fl-aħħar il-kreditu jasal għand min bħalissa jinsab l-aktar fi bżonn ta' likwidità, jiġifieri l-familji u l-intrapriżi.

Avviż legali