Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1299/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1299/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar aktar traċċabbiltà tal-armi wara li ma jibqgħux jintużaw

20.11.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-1299/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar aktar traċċabbiltà tal-armi wara li ma jibqgħux jintużaw

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru  2013/0146 (NLE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru  258/2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa u f'postijiet oħra wrew biċ-ċar li għadu wisq faċli li jinstabu armi kkummerċjati b'mod illegali;

B.  billi fl-Ewropa hawn fl-idejn madwar nofs miljun arma tan-nar li jew huma mitlufa jew misruqa, li ħafna minnhom huma għall-użu ċivili, u li fil-biċċa l-kbira tagħhom bdew jiċċirkolaw wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika u l-gwerer fil-Balkani fis-snin disgħin;

C.  billi l-Parlament Ewropew diġà qajjem il-kwistjoni fl-2014 u ssottolinja l-ħtieġa li jiġi kkonfrontat is-suq tal-armi fuq l-internet li qed ikollu dejjem aktar suċċess u li faċilment jista' jinħeba permezz tal-bejgħ ta' kwantitajiet żgħar ta' armi li jiġu ttrasportati f'karozzi jew trakkijiet biex ma jqajmux suspetti jew kontrolli;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi sistema regolatorja li tippermetti aktar traċċabbiltà tal-armi wara li ma jibqgħux jintużaw, kemm għall-użu ċivili jew militari, fit-territorju tal-Unjoni u biex issaħħaħ is-sistemi ta' kontroll u kooperazzjoni tal-forzi tal-pulizija li huma diġà fis-seħħ biex jiġi evitat li dawn l-armi jispiċċaw f'idejn it-terroristi.