Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1304/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1304/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-konsegwenzi tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fuq il-finanzjament tal-politiki soċjali fi Franza

25.11.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot, Dominique Bilde

B8-1304/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fuq il-finanzjament tal-politiki soċjali fi Franza

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ħaddiema stazzjonati jħallsu l-kontribuzzjonijiet soċjali fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

B.  billi skont rapport tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża tal-2014 bit-titolu "La lutte contre les fraudes aux cotisations sociales", it-telf marbut man-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali mill-ħaddiema stazzjonati mhux iddikjarati huwa madwar EUR 380 miljun kull sena;

C.  billi permezz tal-estrapolazzjoni tar-riżultati tal-Qorti tal-Awdituri, l-ispiża totali għas-sistema tas-sigurtà soċjali Franċiża talli jiġu impjegati ħaddiema stazzjonati (iddikjarati u mhux iddikjarata) hija qrib is-EUR 600 miljun;

D.  billi dawn l-estimi ma jqisu la l-impatt fuq ir-rata ta’ impjieg tal-ħaddiema Franċiżi u l-ispiża indiretta tiegħu u lanqas "it-telf tad-domanda" maħluqa mir-remunerazzjoni tal-ħaddiema barranin li mhumiex maħsuba li jonfqu l-introjtu tagħhom fit-territorju tal-post fejn huma stazzjonati;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq rapport dwar il-konsegwenzi tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fuq il-finanzjament tal-politiki soċjali fi Franza;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.