MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 119kWORD 59k
23.11.2015
PE573.347v01-00
 
B8-1313/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-applikazzjonijiet informatiċi u t-talbiet ta' aċċess għal data sensittiva


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjonijiet nformatiċi u t-talbiet ta' aċċess għal data sensittiva  
B8-1313/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kulma jmur qed isiru aktar numerużi l-applikazzjonijiet informatiċi li, biex jiġu installati fuq apparati bħalma huma l-ismartphones, tablets, kompjuters jew oħrajn, jirrikjedu l-permess li jkollhom aċċess għad-data personali tal-utent, bħalma huma r-ritratti, vidjos, kalendarji, kuntatti, messaġġi u dokumenti, kif ukoll l-identifikatur tal-apparat u saħansitra l-identifikaturi tan-numri tat-telefon li magħhom l-utent ikun f'kuntatt;

B.  billi jekk, minn naħa, wieħed ma jistax jgħaddi mingħajr dawn l-applikazzjonijiet kemm fl-ambitu professjonali u kemm f'dak privat, min-naħa l-oħra, jħeġġeġ li jitqiegħed limitu fuq tali prattiki;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-kompetenzi tagħha fil-qasam tad-drittijiet individwali u kollettivi, skont it-termini tal-Artikoli 18 sa 25 tat-TFUE u tal-Artikoli 9 sa 12 tat-TUE, l-istess bħal fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi skont it-termini tal-Artikolu 4(2)(f), u tal-Artikoli 12, 114 u 169 tat-TFUE kif ukoll tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, tirregola lil dan is-settur billi timponi l-waqfien ta' tali prattiki estremament mifruxa ta' aċċess għal data sensittiva.

Avviż legali