MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 129kWORD 60k
16.11.2015
PE573.366v01-00
 
B8-1332/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sostenn għall-istrateġija makroreġjonali għaż-żoni muntanjużi


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sostenn għall-istrateġija makroreġjonali għaż-żoni muntanjużi  
B8-1332/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-fenomenu tad-depopolazzjoni miż-żoni muntanjużi lejn il-pjanura huwa kkawżat minn tidbdil kontinwu fis-suq tax-xogħol u, b'mod partikolari, minn nuqqas ta' servizzi bażiċi – sptarijiet, trasport, uffiċji amministrattivi – li bis-saħħa tagħhom ir-residenti ta' żoni muntanjużi, ambjent xejn sempliċi mil-lat loġistiku, ikunu jistgħu jgawdu minn kwalità ta' ħajja deċenti;

 

B.  billi jeħtieġ jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jappartjenu esklużivament għall-ambjenti muntanjużi, u jsiru interventi mmirati bil-għan li jingħata sostenn lill-prodotti agroalimentari, artiġjanali, kulturali u turistiċi ta' kwalità eċċellenti li joffru ż-żoni muntanjużi;

 

1.  jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-istrateġija makroreġjonali sabiex tippromwovi ż-żoni muntanjużi u tiggarantixxi li n-nies li jgħixu f'dawk l-inħawi jingħataw l-istrumenti meħtieġa sabiex iġestixxu t-territorju tagħhom bl-aħjar mod;

2.   jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-implimentazzjoni tan-netwerks infrastrutturali taż-żoni muntanjużi, bil-għan li lir-residenti ta' dawn l-inħawi tipprovdilhom linji ta' kollegament mal-bqija tal-pajjiż u mal-Ewropa, u tappoġġa, permezz ta' miżuri adegwati, l-aċċess għall-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fiż-żoni muntanjużi, u b'hekk twaqqaf il-fenomenu tal-għeluq tal-isptarijiet f'reġjuni mbiegħda.

 

Avviż legali