Proċedura : 2015/2979(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-1362/2015

Testi mressqa :

B8-1362/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2015 - 9.10
CRE 17/12/2015 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0471

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 407kWORD 63k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-1362/2015
9.12.2015
PE573.407v01-00
 
B8-1362/2015

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton (2015/2979(RSP))


Charles Tannock, Ryszard Antoni Legutko, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Czarnecki, Mark Demesmaeker, Ruža Tomašić, Angel Dzhambazki, Zdzisław Krasnodębski, Raffaele Fitto, Tomasz Piotr Poręba, Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton (2015/2979(RSP))  
B8-1362/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, il-qafas ġenerali u tnax-il anness tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005(1), tal-15 ta' Jannar 2009(2), u tad-9 ta' Lulju 2015(3) dwar Srebrenica,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-11 ta' Marzu 2005 dwar is-sitwazzjoni kostituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina u s-setgħat tar-Rappreżentant Għoli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton ġie ffirmat fl-14 ta' Diċembru 1995 f'Pariġi u temm l-aktar kunflitt imdemmi fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;

B.  billi l-Ftehim temm il-gwerra iżda naqas milli joħloq stat li jiffunzjona u li kapaċi jsostni lilu nnifsu;

1.  Ifakkar fl-importanza tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, ifakkar il-vittmi traġiċi kollha tal-gwerra fil-Bożnija-Ħerzegovina u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji ta' dawk li tilfu ħajjithom;

2.  Jinnota b'dispjaċir li 20 sena wara tmiem il-gwerra u t-twaqqif ta' Ftehim ta' Qafas Ġenerali li jistabbilixxi l-aspetti prinċipali tal-ftehim ta' paċi u tal-istruttura futura tal-pajjiż, gvernijiet suċċessivi naqsu milli jmexxu 'l quddiem l-aġenda ta' riforma u jibnu stat li jiffunzjona bis-sħiħ u li jkun kapaċi jsostni lilu nnifsu;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet jużaw l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton bħala inċentiva biex isiru passi 'l quddiem bir-riformi meħtieġa – speċjalment fid-dawl tal-applikazzjoni pendenti tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-adeżjoni mal-UE – li se jwasslu fid-direzzjoni ta' garanzija ta' ugwaljanza reali għat-tliet nazzjonijiet kostitwenti;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerżegovina u l-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

 

(1)

ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 468.

(2)

ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2015)0276.

Avviż legali