MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 364kWORD 40k
17.12.2015
PE575.909v01-00
 
B8-0014/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni tal-bejgħ ta' derivattivi u bonds subordinati mill-banek għall-konsumatur


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-bejħ ta' derivattivi u bonds subordinati mill-banek għall-konsumatur  
B8-0014/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-banek spiss ibigħu prodotti finanzjrji kumplessi u ta' riskju għoli magħrufa bħala derivattivi u bonds subordinati lid-detenturi ta' kontijiet kurrenti tagħhom;

B.  billi dawn il-banek u l-impjegati tagħhom ġeneralment jittrattaw id-dmir tagħhom li jinfurmaw lill-klijenti dwar ir-riskji bħala formalità; u billi jitolbu biss lid-detenturi tal-kontijiet kurrenti u lil min ifaddal biex jiffirmaw formola legalment kumplessa u vaga li ma tippermettilhomx jifhmu bis-sħiħ l-investiment tagħhom u r-riskji assoċjati;

C.  billi tali investituri mhux infurmati jkunu responsabbli għalkollox f'każ li l-bank ifalli, b'riskju sħiħ u, għalhekk, b'responsabbiltà sħiħa għal investimenti frawdolenti mfassla fl-ogħla livell tas-sistema finanzjarja dinjija;

1.  Iqis, għalhekk, li jeħtieġ li tintemm il-libertà ta' bejgħ ta' prodotti finanzjarji riskjużi żżejjed mill-banek għall-konsumatur;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni li tissepara l-banek tal-investiment minn dawk attivi fil-ġestjoni tal-kontijiet kurrenti u l-mutwi.

 

Avviż legali