Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0240/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0240/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kontroll ta' investimenti barranin li jheddu l-interessi nazzjonali

28.1.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0240/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll ta' investimenti barranin li jheddu l-interessi nazzjonali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi x-xiri mill-ġdid tal-fergħa tal-enerġija ta' Alstom minn General Electric (GE) imur kontra l-indipendenza tal-enerġija ta' Franza u l-interessi nazzjonali tagħha;

B.  billi GE ddikjarat li se telimina 6 500 postijiet tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, inklużi 765 minn Franza, minkejja l-wegħda li se toħloq 1 000 impjieg nett sal-2008;

C.  billi l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxi l-moviment liberu tal-kapital "erga omnes", jirristrinġi b'mod strett il-marġni ta' manuvra tal-Istati;

D.  billi d-derogi previsti mill-Artikoli 65 u 346 tat-TFUE ġew interpretati b'mod restrittiv mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni;

E.  billi mill-2007, diversi pajjiżi, fosthom l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u anki l-Kanada saħħew is-sistemi tagħhom għall-kontroll ta' investimenti barranin;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ir-riformulazzjoni f'sens aktar wiesa' tal-Artikoli 63, 65 u 346 tat-TFUE sabiex l-Istati jkunu jistgħu jibblokkaw investimenti barranin li jistgħu jkunu ta' theddida għall-interessi nazzjonali;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.