MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 385kWORD 60k
11.2.2016
PE576.640v01-00
 
B8-0272/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regolamentazzjoni taċ-ċiberspazju


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni taċ-ċiberspazju  
B8-0272/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/40/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċ-ċiberspazju kellu impatt tremend fuq il-livelli kollha tas-soċjetà, peress li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-iżvilupp tal-ekonomiji jiddependu fuq il-funzjonament tajjeb tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

B.  billi hemm bżonn li l-istess drittijiet mħarsa offalajn jiġu protetti onlajn sabiex iċ-ċiberspazju jibqa' spazju miftuħ u ħieles li jiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija;

C.  billi jekk il-fluss ta' telekomunikazzjonijiet jieqfu b'mod mhux mistenni jew ikunu soġġetti għal attakk massiv, kważi s-servizzi kollha jieqfu joperaw minnufih;

D.  billi l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea mhijiex uniformi u għalhekk jeħtieġ li l-partijiet li joperaw f’dan il-qasam l-ewwel, qabel kollox l-Istati Membri, jikkooperaw b’mod effettiv;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq programm li bih l-Istati Membri jkunu obbligati li jadottaw malajr kemm jista’ jkun din l-istess liġi sabiex jiġu eliminati d-differenzi fit-trattament li jistgħu jdgħajfu is-sistema Ewropea.

 

Avviż legali