MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
17.2.2016
PE576.653v01-00
 
B8-0285/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rwol tat-teknoloġija fit-tagħlim u fil-klassijiet


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tat-teknoloġija fit-tagħlim u fil-klassijiet  
B8-0285/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill (2015/C 172/05),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kompetenza diġitali tikkonsisti f'li persuna tkun taf tuża t-teknoloġiji tas-soċjetà tal-informazzjoni b'familjarità u b'sens kritiku, għax-xogħol, il-ħin liberu u l-komunikazzjoni;

B.  billi din il-kompetenza hi bbażata fuq kapaċità bażika fl-użu tal-ICT (Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni) u fl-użu tal-kompjuter biex nirċievu, nevalwaw, nipproduċu u niskambjaw informazzjoni, kif ukoll biex nikkomunikaw u nipparteċipaw f'netwerks ta' kooperazzjoni permezz tal-internet;

C.  billi l-ICT jħejju lill-istudenti jipparteċipaw b'mod attiv u informat f'dinja li qed tevolvi b'mod rapidu, fejn ix-xogħol u l-attivitajiet oħra tal-bniedem qegħdin jinbidlu l-ħin kollu bis-saħħa tal-aċċess għal teknoloġiji ġodda u varji;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinċentiva l-użu korrett tal-internet fl-iskejjel. Dan fid-dawl tad-data tal-ISTAT (Istituto nazionale di statistica - l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika), li turi li għalkemm iż-żgħażagħ għandhom aċċess għall-internet, huma jisserfjaw mingħajr ma għandhom il-kompetenzi tajba biex jaffermaw lilhom infushom fid-dinja tax-xogħol.

Avviż legali