Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0294/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0294/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tisħiħ tal-miżuri ta' kompetizzjoni

18.2.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0294/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-miżuri ta' kompetizzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 101, 108 u 109 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-regoli tal-UE fil-qasam tal-kompetizzjoni huma maħsuba biex jiggarantixxu kundizzjonijiet imparzjali u leali, bl-għan li jinħoloq ambjent favorevoli għall-innovazzjoni u titħeġġeġ l-espansjoni tal-intrapriżi ż-żgħar, anki permezz tal-iżvilupp ta' standards uniformi;

B.  billi l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-azzar Ċiniża qed jikbru b'rati għoljin; billi, għaldaqstant, il-prodotti jinbiegħu fis-swieq internazzjonali bi prezzijiet minimi, ferm inqas mill-kosti tal-produzzjoni tal-intrapriżi Ewropej;

C.  billi l-produzzjoni żejda taċ-Ċina, li tinbiegħ bi prezz inqas mill-kost, tikkomprometti l-kompetizzjoni ħielsa u tnaqqar is-sehem tas-suq tal-Ewropa;

D.  billi, minħabba d-dumping miċ-Ċina, id-defiċit kummerċjali tal-UE maċ-Ċina qed jikber, u bħalissa jammonta għal aktar minn EUR 180 biljun;

1.  Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mill-aktar fis possibbli leġiżlazzjoni iktar stretta sabiex jiġi miġġieled dan il-fenomenu, bl-għan li jiġi evitat li fil-futur intrapriżi oħrajn jirnexxilhom iduru mal-miżuri ta' salvagwardja tal-kompetizzjoni.