Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0382/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0382/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-sensibilizzazzjoni rigward il-ħela ta' ikel

25.2.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0382/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sensibilizzazzjoni rigward il-ħela ta' ikel

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċ-ċifri juru li kull sena madwar 100 miljun tunnellata ikel b'perċentwal għoli ta' prodotti agroalimentari jispiċċaw fiż-żibel fl-Ewropa;

B.  billi, fid-dawl taċ-ċifri negattivi, l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni meħudin s'issa għandhom effett dejjem inqas inċiżiv fuq il-ħela ta' ikel;

C.  billi skont ċerti previżjonijiet, fl-2020, in-nuqqas ta' pjanijiet koordinati ta' edukazzjoni u komunikazzjoni se jkun fost il-kawżi prinċipali taż-żieda esponenzjali tal-ħela ta' ikel, minkejja saħansitra 80 miljun ruħ jgħixu taħt is-soll tal-faqar fl-Ewropa;

1.  Iqis neċessarju li din il-problema tingħata aktar attenzjoni, u għandha titqies bħala każ ta' prijorità;

2.  Jipproponi intervent leġiżlattiv u t-twaqqif ta' programmi u finanzjamenti li jistgħu jiffavorixxu azzjonijiet frekwenti ta' sensibilizzazzjoni bil-għan li jitnaqqsu ċ-ċifri marbuta mal-ħela ta' ikel.