Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0395/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0395/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-irkupru tal-investimenti fl-infrastruttura

8.3.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0395/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru tal-investimenti fl-infrastruttura

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) talbet lill-gvernijiet tal-pajjiżi żviluppati biex jirkupraw l-investimenti fl-infrastruttura pubblika sabiex jegħlbu l-istaġnar ekonomiku;

B.  billi ż-żona tal-euro hija kkaratterizzata minn staġnar sekulari kif jidher mit-tfaddil eċċessiv tagħha kif ukoll minn nuqqas ta' domanda u investimenti;

C.  billi investimenti addizzjonali fl-infrastruttura pubblika jżidu l-produzzjoni għal żmien qasir (permezz tal-effetti multiplikaturi), iżda wkoll fit-tul (permezz tal-impatt pożittiv tagħhom fuq il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ekonomija) u b'mod li jkun awtofinanzjat;

D.  billi, skont l-FMI[1], kull euro supplimentari li l-gvern jonfoq f'investiment iżid l-benesseri tal-popolazzjoni billi jirkupra l-konsum privat b'madwar EUR 0,8;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati l-possibilità li jiffinanzjaw l-irkupru tal-investimenti pubbliċi, anke jekk imorru lil hinn mill-miri tad-defiċit għal żmien medju.