MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 47k
30.3.2016
PE579.848v01-00
 
B8-0434/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar inizjattivi u proposti li jappoġġaw il-politiki taż-żgħażagħ tal-Istati Membri


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar inizjattivi u proposti li jappoġġaw il-politiki taż-żgħażagħ tal-Istati Membri  
B8-0434/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ħafna żgħażagħ qed iħossu ferm l-effett tal-kriżi ekonomika, billi juru inċertezza, biża' u preokkupazzjoni f'kull ċirkustanza;

B.  billi l-informazzjoni relattiva għall-kwistjonijiet u t-tbatijiet psikoloġiċi taż-żgħażagħ Ewropej juru kif dan il-fenomenu qed jiżdied b'mod kostanti;

C.  billi l-aktar esposti huma ż-żgħażagħ li qed jgħaddu minn tbatija fl-ambjenti tal-iskola u dawk tal-familja;

D.  billi l-kura tas-saħħa relattiva għal dan il-fenomenu mifrux qed tiżdied u tkompli toħloq problema fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri;

1.  Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni lill-problema, u tqisha bħala prijorità;

2.  Jipproponi lill-Kummissjoni tniedi azzjoni regolatorja biex tappoġġa l-politiki taż-żgħażagħ tal-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi tax-xogħol, billi żżid ir-riżorsi fir-rigward ta' programmi u finanzjamenti.

 

Avviż legali