Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0437/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0437/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilita

16.3.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello

B8-0437/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi hemm 80 miljun persuna b'diżabilità fl-Ewropa u, bħal kull individwu, huma għandhom jitħallew igawdu bis-sħiħ iċ-ċittadinanza tagħhom u biex jieħdu deċiżjonijiet tagħhom b'mod ħieles;

B.  billi s-soċjetà Ewropea u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw id-dritt ta' kull ċittadin Ewropew li jipparteċipa bis-sħiħ fis-soċjetà, u għandhom jinkoraġġixxu l-inklużjoni u ċ-ċittadinanza sa minn età bikrija;

C.  billi l-Unjoni Ewropea adottat b'mod uffiċjali il-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, billi l-politiki mwettqa favur il-persuni b'diżabilità spiss kienu limitati għall-ħlas ta' sussidji finanzjarji jew materjali, tiffoka fuq "integrazzjoni" aħjar tal-persuni b'diżabilità fi ħdan is-soċjetà.