Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0446/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0446/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar twissija b'rabta mal-falsifikazzjoni maħruġa mill-UASI

31.3.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0446/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar twissija b'rabta mal-falsifikazzjoni maħruġa mill-UASI

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ż-żewġ rapporti reċenti ppubblikati mill-Aġenzija Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (UASI) juru l-ħsara sostanzjali kkawżata mill-falsifikazzjoni ta' boroż, arloġġi u ġojjelli lill-ekonomija tal-UE;

B.  billi minħabba l-falsifikazzjoni s-settur tal-ġild tal-Ewropa tilef EUR 3,2 biljun f'bejgħ u 25 700 impjieg, filwaqt li dak tal-ġojjelli sofra ħsara ta' EUR 3,5 biljun f'bejgħ mitluf u ntilfu 28 500 impjieg;

C.  billi l-Italja hija l-Istat Membru l-aktar affettwat mill-fenomenu tal-falsifikazzjoni f'dawn iż-żewġ setturi, b'telf ta' EUR 520 miljun u 3 400 impjieg fis-settur tal-ġild u EUR 400 miljun u 4 000 impjieg fis-settur tal-ġojjelli;

D.  billi l-Ewropa għaddejja minn kriżi tax-xogħol u jeħtieġ li tingħata spinta mill-ġdid lill-ekonomija;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iddaħħal fis-seħħ miżuri adegwati sabiex twaqqaf il-falsifikazzjoni f'dawn is-setturi;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi forom ta' appoġġ għal dawn is-setturi affettwati mid-dħul massiċċ ta' prodotti foloz fis-suq Komunitarju.