MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 59k
29.3.2016
PE579.881v01-00
 
B8-0457/20416

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tmiem tas-sistema Schengen


Edouard Ferrand, Matteo Salvini, Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tmiem tas-sistema Schengen   
B8-0457/20416

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, wara l-attakki ta’ Brussell tat-22 ta’ Marzu li għadda, nistgħu ngħidu li l-Ewropa issa hija l-priża tat-terroriżmu Iżlamiku, organizzat minn dik li verament hija ħames kolonna preżenti fil-pajjiżi kollha Ewropej;

B.  billi l-periklu fil-forma tat-terroriżmu żdied bil-kbir wara l-influss massiv ta’ migranti fl-Ewropa, li fi ħdanhom daħlu għadd kbir ta’ ġiħadisti;

C.  billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha skont l-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li tiggarantixxi liċ-ċittadini tagħha “spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja [...] kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità”;

1.  Jistieden lill-Kunsill iġib fi tmiemha, b'mod immedjat, il-politika ta’ akkoljenza indiskriminata tal-migranti;

2.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew itemm is-sistema ta’ Schengen u, għaldaqstant, jiżgura t-twaqqif mill-ġdid tal-fruntieri bejn l-Istati.

 

Avviż legali