Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0624/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0624/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kaċċa għat-trofej

25.4.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Isabella Adinolfi

B8-0624/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kaċċa għat-trofej

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE rratifikat il-Konvenzjoni ta' Washington (CITES) stipulata fl-1975 bl-iskop li tiggarantixxi li, meta permess, l-isfruttament kummerċjali internazzjonali ta' speċi ta' fawna jew flora selvaġġi jkun sostenibbli u kompatibbli mar-rwol li l-ispeċi għandha fil-ħabitat tagħha;

B.  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jirregola l-importazzjonijiet tat-trofej tal-kaċċa jipprevedi li dawn ma jistgħux jiġu minn żoni li fihom ġiet irreġistrata l-preżenza ta' mard serju li jittieħed li għalih l-annimali inkwistjoni huma suxxettibbli u li dawn tal-aħħar ma jkunux ġew f'kuntatt ma' prodotti oħrajn tal-annimali li setgħu niġġsuhom;

C.  billi l-kaċċa għat-trofej ma għandha l-ebda fini ta' qtil ikkontrollat, iżda tmantni negozju li jirrendi li fih jidħlu, barra mill-organizzazzjoni tal-kaċċa, l-attivitajiet tal-ipproċessar u tat-trasport tal-partijiet tal-annimal maqtul;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li, huma u jiddiżinċentivaw l-importazzjoni ta' partijiet anatomiċi ta' annimali li ġejjin mill-kaċċa għat-trofej, jikkontribwixxu effettivament biex jillimitaw din il-prattika fid-dinja kollha, partikolarment fil-kontinent Afrikan.