Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0629/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0629/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-modi kif l-enerġija għat-trasport issir aktar ekoloġika

11.5.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0629/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-modi kif l-enerġija għat-trasport issir aktar ekoloġika

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni Ewropea neħħiet il-limitu minimu, li kien stabbilit fid-Direttiva tal-2008, ta' 10 % ta' enerġija rinnovabbli għat-trasport;

B.  billi t-tneħħija ta' dan il-limitu minimu bagħtet messaġġ ferm negattiv, fl-istess waqt li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma impenjati fil-ġlieda kontra t-tisħin globali;

C.  billi l-ekoloġizzazzjoni tal-enerġija użata għat-trasport hi assolutament importanti biex niggarantixxu s-sostenibbiltà tal-mudell tagħna, għalkemm jeħtieġ ikunu kkunsidrati l-konsegwenzi finanzjarji, partikolarment dawk fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tibda riflessjoni fuq l-ekoloġizzazzjoni tal-enerġija użata għat-trasport, filwaqt li tqis il-ħtieġa li titħares il-kapaċità tal-akkwist.