MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 58k
11.5.2016
PE582.659v01-00
 
B8-0638/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar kif niggarantixxu mudell ta' sajd sostenibbli


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kif niggarantixxu mudell ta' sajd sostenibbli  
B8-0638/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-konsum dinji tal-ħut per capita qed jikber b'mod sinifikanti u żdied minn 10 kilogrammi per capita fl-1960 għal aktar minn 20 kilogramma llum;

B.  billi dan it-tkabbir esponenzjali jirrappreżenta riskju serju għall-istokkijiet tal-ħut u jhedded diversi speċijiet ta' ħut, bħat-tonn aħmar u r-rajja tat-tikek;

C.  billi ż-żoni ekonomiċi esklussivi (ŻEE) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti ta' tkabbir, iżda billi dan il-potenzjal jrid jiġi kontrobilanċjat bil-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet marbuta mal-iżvilupp sostenibbli;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja kif nistgħu nikkonservaw ir-riżorsi marittimi tad-dinja.

 

Avviż legali