MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
11.5.2016
PE582.670v01-00
 
B8-0649/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-organizzazzjoni ta' referendum dwar il-ftehimiet kummerċjali differenti negozjati mill-Unjoni Ewropea


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjoni ta' referendum dwar il-ftehimiet kummerċjali differenti negozjati mill-Unjoni Ewropea   
B8-0649/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, wara l-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, huwa f'idejn il-Kummissjoni li tmexxi negozjati dwar il-ftehimiet kummerċjali fuq il-bażi ta' mandat maħruġ mill-Kunsill;

B.  billi wara dawn in-negozjati, it-test jiġi adottat mit-28 Stat Membru fi ħdan il-Kunsill u mill-Parlament Ewropew;

C.  billi minħabba n-nuqqas ta' rikonoxximent tan-natura mħallta tal-ftehim (jiġifieri li jaqa' fl-istess ħin fil-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri), l-unanimità tal-Kunsill u r-ratifika mill-parlamenti nazzjonali mhumiex meħtieġa;

D.  billi anki fl-opinjoni tal-Ministru Kanadiża tal-Kummerċ, 90 % tal-kontenut tat-test jista' jidħol fis-seħħ malli ssir il-votazzjoni tal-Parlament Ewropew, u dan indipendentement mir-rikonoxximent jew in-nuqqas tiegħu tan-natura mħallta tal-ftehim, mingħajr ma wieħed jistenna r-ratifika mill-parlamenti nazzjonali;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura mħallta ta' dawn il-ftehimiet;

2.  Jitlob bil-ħerqa lill-Istati Membri jissottomexxu dawn il-ftehimiet għal referendum.

 

Avviż legali