imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar is-saħħa taċ-ċittadini f'riskju ta' tniġġis minn PFAS
Mara Bizzotto
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa taċ-ċittadini f'riskju ta' tniġġis minn PFAS
B8-0793/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. A. billi l-bijomonitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Istitut Superjuri tas-Sanità fl-Italja, li ġie ppreżentat fl-20 ta’ April mir-Reġjun tal-Veneto u juru tniġġis minn sustanzi perfluworo alkilidi (PFAS) f’zona ta’ 31 muniċipalità fil-Provinċja ta’ Viċenza, Verona u Padwa;
B. billi 250 elf persuna se jkollhom jagħmlu studju epidemjoloġiku bi spiża ta’ EUR 1.5 biljun billi l-bijomonitoraġġi s’issa ma rrappurtaw valuri għoljin ta’ PFAS fid-demm ta’ kampjun ta’ ċittadini residenti fiz-zona mniġġsa;
C. billi l-kontaminazzjoni tal-ilma minn PFAS kienet possibbli minħabba n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni ċara dwar is-suġġett, li ppermettiet lil azjenda kimika tarmi fl-ilmijiet għal għaxriet ta' snin sustanzi li jniġġsu;
1. Jistieden lill-Kummissjoni talloka aktar fondi biex jiżgura provvista sigura tal-ilma għal ċittadini, negozji u azjendi agrikoli u biex isir it-tindif tal-inħawi kkontaminati;
2. Jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tieħu passi urġenti biex jiddefinixxi, fuq il-livell Ewropew, il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal dawn is-sustanzi għal kemm l-ilma tax-xorb u l-ilma ta’ taħt l-art.