MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
13.6.2016
PE585.225v01-00
 
B8-0795/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tikkettar tal-oriġini tal-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-laħam


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropea dwar it-tikkettar tal-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-laħam  
B8-0795/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi titqies id-domanda min-naħa tal-konsumaturi u l-produtturi Taljani għal trasparenza akbar fit-tikkettar tal-prodotti agroalimentari biex titħares il-produzzjoni Taljana mill-ħafna każijiet ta' falsifikazzjoni;

B.  billi fuq il-bażi ta' konsultazzjoni pubblika online li saret mill-Ministeru tal-Politika Agrikola 96.5 % tat-Taljani huma favur it-tikkettar tal-oriġini;

C.  billi Franza, bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, kisbet l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tintroduċi sistema nazzjonali ta' tikkettar tal-laħam u tal-ħalib, sabiex tiġi ċċertifikata oriġini Franċiża tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta' tikkettar tal-oriġini fl-Ewropa;

2.  Jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tieħu azzjoni dwar it-talbiet taċ-ċittadini li jitolbu sistema aktar trasparenti ta' tikkettar għall-prodotti tal-ħalib u dawk abbażi tal-laħam, kemm fl-Italja kif ukoll fl-Ewropa kollha.

Avviż legali