MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
13.6.2016
PE585.227v01-00
 
B8-0797/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kriżi tal-irziezet fl-Italja


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tal-irziezet fl-Italja  
B8-0797/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-laħam prodott fl-Italja huwa fost il-prodotti tal-laħam l-aktar tajbin għas-saħħa fid-dinja, għaliex ma jiġix trattat b'ormoni u jinkiseb skont regoli dixxiplinari ta' produzzjoni DOP fir-rispett tal-benesseri tal-annimali u l-ħarsien ambjentali;

B.  billi l-Italja hija fuq quddiem fost il-pajjiżi fil-livell Ewropew għal 40 speċjalità ta' salami DOP u ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta;

C.  billi minħabba ż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-laħmijiet bi prezz baxx, li ma jirrispettawx bis-sħiħ ir-regoli Ewropej fir-rigward tas-sikurezza alimentari, fl-Italja 12 000 produttur tal-laħam ingħalqu fl-aħħar għaxar snin;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri urġenti biex issostni l-irziezet Taljani, li, fir-rispett tas-saħħa tal-konsumaturi, jipproduċu laħmijiet tal-aqwa kwalità;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-sistemi ta' kontroll u traċċabilità tal-laħmijiet biex twaqqaf l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti li jpoġġu fir-riskju s-sikurezza alimentari fl-UE.

 

Avviż legali