MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
13.6.2016
PE585.230v01-00
 
B8-0800/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej minn evitar tal-Prinċipju ta' Prekawzjoni fil-kuntest ta' ftehimiet dwar il-kummerċ


Franz Obermayr

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej minn evitar tal-Prinċipju ta' Prekawzjoni fil-kuntest ta' ftehimiet dwar il-kummerċ  
B8-0800/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Prinċipju ta' Prekawzjoni huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

 

B.  billi anke l-Kummissjoni Ewropea dejjem saħqet fuq is-sinifikat tal-Prinċipju ta' Prekawzjoni u fuq in-natura mhux negozjabbli tiegħu fil-kuntest tad-diskussjonijiet rigward ftehimiet tal-kummerċ bħat-TTIP jew is-CETA;

 

C.  billi l-Prinċipju ta' Prekawzjoni fih innifsu mhuwiex fl-interess ta' industrija tal-ikel karatterizzata mill-pressjoni tal-kostijiet u mill-globalizzazzjoni;

 

1.  Huwa tal-fehma li l-approvazzjoni tas-sikurezza ta' additivi ġodda fil-prodotti tal-ikel eżistenti kif ukoll l-approvazzjoni tas-sikurezza ta' prodotti tal-ikel ġodda għandhom isiru minn istituti ta' eżami statali u indipendenti;

 

2.  Jitlob li implimentazzjoni rigoruża tal-Prinċipju ta' Prekawzjoni u firda stretta bejn l-istituti ta' eżami u l-impriżi ta' produzzjoni jsiru elementi ta' bażi ta' kull ftehim tal-UE dwar il-kummerċ fil-ġejjjieni.

 

Avviż legali