MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 62k
13.6.2016
PE585.236v01-00
 
B8-0806/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regolazzjoni tal-ġbir ta' data f'vetturi bil-mutur


Franz Obermayr

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolazzjoni ta' ġbir ta' data f'vetturi bil-mutur  
B8-0806/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-karozzi l-ġodda manifatturati minn produtturi kbar tal-vetturi dejjem qed jiġu mgħammra iktar b'SIM cards u billi, skont kif ġiet emendata d-Direttiva 2007/46/KE mill-31 ta' Marzu 2018 il-produtturi tal-karozzi huma obbligati jgħammru l-vetturi l-ġodda kollha bl-hekk imsejħa sistema eCall;

 

B.  billi l-emenda tad-Direttiva tirregola biss il-ġbir ta' data fl-użu tas-sistema eCall u konsegwentement aspetti oħra tal-ġbir ta' data mhumiex koperti mid-Direttiva, ħaġa li tippermetti lill-manifatturi tal-karozzi li jiġbru data mingħajr il-kunsens tal-konsumaturi;

 

1.  Huwa tal-fehma li anki fil-kuntest tat-titjib imħabbar fil-possibilitajiet ta' għajnuna pprovduta meta jseħħ inċident, il-protezzjoni tad-data jistħoqqilha l-ogħla protezzjoni;

 

2.  Jitlob li l-Parlament jieħu kull miżura bil-ħsieb li l-vojt attwali, li jippermetti lill-produtturi jiġbru data fuq skala kbira sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva, jiġi minimizzat, u l-manifatturi tal-vetturi bil-mutur minn issa jiġu obbligati jittrattaw id-data mill-vetturi bil-mutur b'responsabilità kbira.

Avviż legali