MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 60k
13.6.2016
PE585.241v01-00
 
B8-0811/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-mewġa migratorja ġdida mil-Libja lejn l-Italja u t-twissija dwar it-terroriżmu


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mewġa migratorja ġdida mil-Libja lejn l-Italja u t-twissija dwar it-terroriżmu  
B8-0811/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rapport konġunt dwar il-fenomenu migratorju ppubblikat fis-17 ta' Mejju 2016 mill-Europol u l-Interpol żvela li hemm mill-inqas 800 elf persuna lesti biex jitilqu mil-Libja biex jaslu fl-Ewropa bir-rotta tal-Mediterran li twassal direttament fl-Italja;

B.  billi r-rapport issottolinja kif it-traffikar tal-bnedmin fl-2015 laħaq ċifri ta' kważi 6 biljun dollaru u li d-90 % tal-migranti waslu fl-UE permezz ta' netwerks kriminali;

C.  billi jitqiesu t-twissijiet reċenti tal-Frontex u n-Nato dwar l-infiltrazzjonijiet terroristiċi fl-iżbarki tal-klandestini fl-UE;

D.  billi titqies fl-aħħar nett it-twissija mibgħuta mill-Europol b'rabta mal-kampjonat Ewropew tal-futbol li qed iseħħ bħalissa fi Franza, li jirrappreżenta objettiv ferm vulnerabbli għal attakki terroristiċi ġodda min-naħa tal-ISIS;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw politiki iktar effikaċi li jippermettu l-imblukkar b'urġenza massima tal-mewġa migratorja u li jiġu żmantellati n-netwerks kriminali li jmexxu t-traffikar tal-bnedmin;

2.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isaħħu l-miżuri ta' sigurtà kontra t-terroriżmu għall-prevenzjoni ta' attakki possibbli tal-ISIS fi Franza u fl-UE.

Avviż legali