MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 400kWORD 61k
1.6.2016
PE585.242v01-00
 
B8-0812/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għar-riċerka tat-trattamenti kontra l-batterju tal-Xylella fastidiosa u l-konservazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ Mediterranji


Mireille d'Ornano, Marine Le Pen, Edouard Ferrand, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, Florian Philippot, Marie-Christine Arnautu, Louis Aliot, Gilles Lebreton, Bernard Monot, Philippe Loiseau, Sophie Montel, Dominique Bilde, Steeve Briois, Jean-Luc Schaffhauser, Dominique Martin, Mylène Troszczynski, Marie-Christine Boutonnet, Laurentiu Rebega, Mara Bizzotto, Mario Borghezio

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għar-riċerka tat-trattamenti kontra l-batterju tal-Xylella fastidiosa u l-konservazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ Mediterranji  
B8-0812/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 tas-17 ta' Diċembru 2015 tipprevedi l-qlugħ tal-pjanti infettati;

B.  billi l-istudji li saru fl-Italja mill-EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) urew riżultati promettenti wara trattament permezz ta' kompożizzjonijiet bijoattivi jew ta' prodotti li fihom iż-żingu, ir-ram u l-aċidu ċitriku;

C.  billi t-testijiet li saru mir-riċerkaturi Belġjani dwar enżima tal-ħalib tal-baqar, il-lactoperoxydase, kienu inkoraġġanti;

D.  billi l-feedback tal-produtturi taż-żebbuġ jikkonferma li s-siġar taż-żebbuġ kontaminati mhumiex neċessarjament ikkundannati, jekk issir żabra kif meħtieġ;

1.  Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-preservazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ Mediterranji;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għar-riċerka għal trattament kontra l-batterju;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali