MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
13.6.2016
PE585.243v01-00
 
B8-0813/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-falliment tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni tal-migranti


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-falliment tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni tal-migranti  
B8-0813/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi wara "l-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni" tal-Kummissjoni ġie stabbilit l-objettiv ta' trasferiment ta' 160 000 migrant mill-Italja u mill-Greċja lejn Stati Membri oħra sa Settembru 2017;

B.  billi "t-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni” (COM(2016)0360), ippubblikat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Mejju li għadda, ikkonferma l-insuffiċjenza tar-riżultati ta' rilokazzjoni miksuba minn Settembru 2015 sa Mejju 2016; li matul l-ewwel tmien xhur ta' azzjoni tal-"mekkaniżmu" ġew ikkompletati 1 500 rilokazzjoni (591 mill-Italja u 909 mill-Greċja), jiġifieri inqas minn 10 % meta mqabbla mal-mira ta' għoxrin elf trasferiment previsti sa nofs Mejju 2016;

C.  billi l-Kummissarju tal-UE għall-Migrazzjoni Dimitris Avramopoulus ammetta li r-rillokazzjonijiet qed jimxu bil-mod wisq u għalhekk talab li jiżdied il-pass b'mod rapidu biex ma teħżinx is-sitwazzjoni umanitarja diffiċli fl-Italja u l-Greċja;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b'mod urġenti l-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni li wera li ma kienx effettiv;

2.  Jitlob ukoll lill-Kummissjoni ssib soluzzjonijiet urġenti għas-sitwazzjoni mwiegħra fl-Italja, fejn tal-inqas 2 000 migrant jiżbarkaw kuljum.

Avviż legali