MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 60k
13.6.2016
PE585.244v01-00
 
B8-0814/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-diżastru fl-ajru tal-Egyptair


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diżastru fl-ajru tal-Egyptair  
B8-0814/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-titjira MS804 tal-Egyptair minn Pariġi għall-Kajr, l-ajruplan ikkraxxja fil-Mediterran fl-inħawi tal-gżira Griega Karpathos, minħabba raġunijiet li għadhom mhux magħrufa; billi fl-inċident mietu 66 persuna, li fosthom 18 kienu ċittadini Ewropej;

B.  billi l-awtoritajiet Eġizzjani ċaħdu l-ipoteżi ta' splużjoni fuq l-ajruplan, ipoteżi mressqa minn esperti tas-sigurtà Amerikani u Iżraeljani, li kkollaboraw fil-kummissjoni ta' inkjesta dwar id-diżastru tal-Egyptair;

C.  billi splużjonijiet eventwali jiġġustifikaw il-manuvri ta' emerġenza li ttieħdu mill-ajruplan, kif muri mill-Eurocontrol, l-aġenzija Ewropea li tissorvelja l-ispazju tal-ajru Ewropew;

D.  billi l-awtoritajiet Eġizzjani jopponu t-talba Ewropea li jintbagħtu esperti forensiċi fl-Eġittu u billi esperti interni, wara filmati li dehru fil-midja, urew perplessità kbira dwar ir-rispett tal-parametri applikati meta nġabar il-fdal li jikkomprometti l-elementi ta' prova;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jikkollaboraw bis-sħiħ biex jinstabu l-kawżi tad-diżastru tal-ajruplan u biex issir ġustizzja mas-66 persuna li mietu f'dan l-inċident.

 

Avviż legali