MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 62k
13.6.2016
PE585.245v01-00
 
B8-0815/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-definizzjoni ta' "żona muntanjuża" u l-istabbiliment ta' politika integrata għaż-żoni muntanjużi


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-definizzjoni ta' "żona muntanjuża" u l-istabbiliment ta' politika integrata għaż-żoni muntanjużi  
B8-0815/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ż-żoni muntanjużi jiffurmaw madwar 30 % tat-territorju tal-UE u ħafna minnhom huma parti mir-reġjuni l-aktar żviluppati fl-Ewropa;

B.  billi dawn iż-żoni ma jibbenefikawx minn status li jikkwalifikahom bħala territorji uniċi fil-ġeneru tagħhom; billi, għall-kuntrarju, dawn jitqiesu bl-istess mod li bih huma meqjusa r-reġjuni ta' pjanura tat-Tramuntana tal-Ewropa b'densità demografika baxxa ħafna u r-reġjuni insulari (l-Artikolu 174 tat-TFUE), li għandhom problemi għalkollox differenti minn dawk taż-żoni muntanjużi;

C.  billi n-nuqqas ta' definizzjoni distintiva u koerenti fil-livell tal-UE tad-definizzjoni tat-terminu "żona muntanjuża" ma jippermettix li r-reġjuni muntanjużi jgawdu minn strumenti Komunitarji speċifiċi, bħal pereżempju l-istrument "tal-politika integrata" li minnu jibbenefikaw ir-reġuni tal-baħar;

D.  billi "l-Politika Marittima Integrata" tippermetti t-tisħiħ u l-koordinament fid-diversi setturi ekonomiċi u fil-livelli kollha tal-gvern, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni aħjar tar-reġjuni kostali, kif ukoll li jiġi pprovdut finanzjamenti speċifiċi għall-prijoritajiet strateġiċi identifikati;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni distintiva ta' "żona muntanjuża", li tagħraf in-natura speċifika ta' dan it-territorju, u biex tfassal malajr kemm jista' jkun politika integrata għar-reġjuni muntanjużi.

Avviż legali