MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 43k
11.6.2016
PE585.246v01-00
 
B8-0816/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tas-summien


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tas-summien  
B8-0816/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-assoċjazzjoni CIWF France żvelat prattiki inaċċettabbli li għaddejjin f'ċerti stabbilimenti għat-trobbija tas-summien;

B.  billi 140 miljun summiena jitrabbew kull sena fl-Ewropa, prinċipalment għal laħamhom; Ppreżentati bħala prodotti ta' lussu, is-summiena jew il-bajd tagħha huma fil-fatt u b'mod ġenerali l-prodotti ta' sistema industrijali li ma tikkunsidrax il-benessri tal-annimali. billi jkunu mgħaffġa fuq xulxin f'binjiet iffullati żżejjed jew f'gaġeġ żgħar wisq is-summien ma jkollhomx l-ispazju meħtieġ biex iġibu ruħhom b'mod naturali;

C.  billi huwa urġenti li jitwaqqfu dawn il-prattiki, iktar u iktar peress li jeżistu soluzzjonijiet alternattivi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif it-trattament tas-summien jista' jiġi integrat fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.

 

Avviż legali