MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 61k
8.6.2016
PE585.247v01-00
 
B8-0817/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għall-estensjoni tal-età statutorja tal-irtirar min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għall-estensjoni tal-età statutorja tal-irtirar min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea  
B8-0817/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill qed ikomplu jitolbu estensjoni tal-età statutorja tal-irtirar;

B.  billi nofs il-Franċiżi li jirtiraw ma jkunux f’impjieg fil-punt meta jagħmlu dan;

C.  billi, minħabba rata ta’ twelid għolja, il-proporzjon ta’ dipendenza ta’ Franza huwa baxx (dawk li għandhom aktar minn 65 sena jirrappreżentaw 27 % tal-persuni bejn l-15 u l-64 sena, meta fil-Ġermanja dawk jirrappreżentaw 33 %);

D.  billi għaldaqstant Franza mhix fl-istess qagħda ta’ emerġenza peress li r-rata kontribwenti/pensjonanti se tkun ta' 1.4 fl-2060, meta fil-Ġermanja se tkun 1, skont l-OECD;

E.  billi skont ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-2015, il-parti tal-ispiża pubblika marbuta mal-proċess tat-tixjiħ kellha tonqos b'1.7 punti tal-PDG fi Franza u tiżdied b'5 punti fil-Ġermanja;

F.  billi l-promozzjoni ta’ skemi ffinanzjati twassal għal aggravazzjoni tal-qagħda finanzjarja f’kuntest ta’ effiċjenza baxxa tal-assi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex ma tkomplix titlob l-estensjoni tal-età tal-irtirar fi Franza, u biex ma tkomplix tippromwovi l-irtirar bi skemi ffinanzjati.

 

Avviż legali