MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 60k
11.6.2016
PE585.262v01-00
 
B8-0832/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tad-dundjani


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tad-dundjani   
B8-0832/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi xi assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-annimali xeħtu dawl fuq prattiki inaċċettabbli li għaddejjin f'ċerti azjendi tat-trobbija tad-dundjani;

B.  billi 46 miljun dundjan jitrabbew fi Franza biss kull sena, prinċipalment għal-laħam tagħhom; . billi, mgħaffġa fuq xulxin f'binjiet iffullati żżejjed jew f'gaġeġ żgħar wisq, id-dundjani m'għandhomx l-ispazju meħtieġ biex jesprimu l-komportamenti naturali tagħhom;

C.  billi dawn il-prattiki għandhom jitwaqqfu minnufih, iktar u iktar peress li jeżistu soluzzjonijiet oħra;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tibda riflessjoni dwar kif id-destin tad-dundjani jista' jiġi integrat fi strateġiji nazzjonali għat-titjib tal-benessri tal-annimali.

 

Avviż legali