MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 61k
11.6.2016
PE585.263v01-00
 
B8-0833/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tat-tiġieġ


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tat-tiġieġ  
B8-0833/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-annimali żvelaw prattiki inaċċettabbli li għaddejjin f'ċerti stabbilimenti għat-trobbija tat-tiġieġ;

B.  billi 37 miljun tiġieġa jitrabbew kull sena fi Franza biss, prinċipalment għal laħamhom; billi t-tiġieġ ikunu mgħaffġa fuq xulxin f'binjiet iffullati żżejjed jew f'gaġeġ żgħar wisq fejn ma jkollhomx l-ispazju meħtieġ biex iġibu ruħhom b'mod naturali;

C.  billi huwa urġenti li jitwaqqfu dawn il-prattiki, iktar u iktar peress li jeżistu soluzzjonijiet alternattivi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif it-trattament tat-tiġieġ jista' jiġi integrat fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.

Avviż legali