MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
3.5.2016
PE585.265v01-00
 
B8-0835/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sistema ta’ kwoti għad-distribuzzjoni tal-immigranti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sistema ta’ kwoti għad-distribuzzjoni tal-immigranti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea  
B8-0835/2016

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-Slovakkja u l-Ungerija ppreżentaw rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), f’Diċembru 2015, biex jikkontestaw deċiżjoni meħuda b’maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fuq proposta tal-Kummissjoni, għad-distribuzzjoni tal-immigranti permezz ta’ kwoti bejn l-Istati Membri;

B.  billi l-Awstrija stabbilixxiet il-kwoti tagħha u adottat "stat ta' emerġenza migratorja" kif ukoll regoli ġodda stretti ħafna fil-qasam tad-dritt ta' asil;

C.  billi l-poplu Ungeriż se jiddeċiedi permezz ta’ referendum dwar is-sistema ta' kwoti għad-distribuzzjoni tal-migranti, referendum approvat mill-Parlament Ungeriż;

D.  billi l-gvernijiet tal-grupp ta' Visegrad (il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, u s-Slovakkja) ripetutament urew l-ostilità tagħhom lejn is-sistema tal-kwoti;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrispetta r-rieda taċ-ċittadini li jopponu l-politika favur l-immigrazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni u xi Stati Membri;

2.  Jitlob l-irtirar tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li jheddu lill-Istati Membri b'multa ta' EUR 250 000 jekk jirrifjutaw il-kwoti tal-migranti;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkonsultaw liċ-ċittadini tagħhom rigward dawn il-kwoti permezz ta’ referenda.

 

Avviż legali